Proposti għar-Riġenerazzjoni tar- Razzett l-Antik u l-Madwar Aldo Busuttil B.Comm. 2 Kelmtejn mill- Kelliem Ewlieni ta’ din il- Kampanja favur l-protezzjoni ta’ wirt soċjali u kulturali fil- Fgura. Iż-żona ‘Daħlet in-Niċċa l-Antika’ li fiha jinsab ir-Razzett l-Antik fil-Fgura, li jmur lura madwar 150-200 sena, hi fost l-aħħar minn ftit artijiet fil-Fgura, li apparti l-wirt storiku-kulturali, għadhom mhumiex mibnija. Fil-Pjan approvat għan-naħa t’isfel ta’ Malta maħruġ mill-MEPA fl-Lulju ta’ 2006 ir-razzett rispettiv ingħata l-grad ta’ 3 (GN 722/95) . Madankollu fl-2019 dan il-grad ġie imneħħi bil-konsegwenza li r-razzett tilef il-protezzjoni li kien qed igawdi. Dan ir-razzett jinsab fi Triq Hompesch ħdejn il-monument tas-salib (1990) huwa fost ta’ l-aħħar, u jinsab tefa’ ta’ ġebla mix-xelters tal-gwerra. Dawn l-aħħar snin ir-razzett ġie abbandunat bil-konsegwenza li qed jitmermer bil-mod il-mod. It-tneħħija ta’ l-iskedar ta’ dan ir- razzett hi r-rovina tiegħu imma anke jekk jerġa’ jingħata l-grad originali, din tkun kwistjoni ta’ ftit snin sakemm dan ir-razzett jiġġarraf. Għalhekk hemm bżonn ta’ sforz kollettiv biex dan il- monument tal-Fgura antika mhux biss jingħata l-grad oriġinali imma jiġi restawrat. Waqt li nesprimi t-tħassib kif l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar waslet għall-konkluzzjoni mgħaġġla u stramba li jitneħħa l-protezzjoni kollha (minn grad tlieta għal xejn), u billi l-appell issa ġie ristrett f’periklu li jintilef, l’unika triq li fadal biex insalvaw dil-ġawhra hi: li l-Gvern jintervjeni f’din il-kwistjoni biex jinstabu soluzzjoniet flimkien mal-partijiet interessati. Fid-dawl ta’ dan, qed jiġu ppreżentati numru ta’ideat u proposti biex wieħed jqiegħed għad-diskussjoni mal-Kunsill Lokali tal-Fgura, mar-residenti kif wkoll mal-Gvern u l-privat. Dawn il-proposti jaħsbu għal bilanċ ta’ żvilupp sostenibli fejn jinħoloq bilanċ bejn ambjent storiku, tal-kummerċ u dak residenzjali biex b’hekk bejniethom tinħoloq armonija u fl-istess waqt jikkumplimentaw lil xulxin. Aldo Busuttil 21 ta’ Mejju 2020 3 I. Is-Sit - L-aħħar Razzett ta’ valur storiku-kulturali fil- Fgura. Ir-razzett inbena f’wieħed mill-gnub f’salib it-toroq li fil-qedem kienu l-uniċi toroq f’inħawi li jwassluk minn Ħal-Tarxien sal-Kottonera u minn RaħalĠdid għal Ħaż-Żabbar. Ma’ ġemb it-tisliba, faċċata tar-razzett kien hemm il-kappella li din twaqqgħet biex tagħmel spazju għat-triq prinċipali. Xhieda ta’ dan insibu li kemm ir-razzett kif wkoll l-kappella kienu immarkati f’mapep ta’ l-1950 u saħansitra ta’ l-1914. Jidher biċ-ċar li r-razzett kien l-aktar binja viċin tal- kappella. Apparti l-mapep hemm diversi xhieda ta’ residenti li jsostnu li dan ir-razzett jmur lura ta’ l-inqas 200 sena. Minkejja li l-art imdaqqsa tar-razzett (madwar 2380 m2) hi kkunsidrata bħala art degradata fil-passat parti kbira minnha kienet tinħadem u dan jixhdu n-numru ta' siġar bħal qasab, bajtar tax-xewk, ħarrub u oħrajn. Madwarhom insibu taħlit ta' makkja Mediterranja u xi speċi t'aljeni. Ir-Razzett jinsab ‘f’Daħlet in-Niċċa l-Antika’ (fl-istess Triq Hompesch) fejn dari fl-istess akwata kien hemm in-niċċa l-antika u l-ewwel kapella ta’ 1790 li reġgħet imbniet fl- 1844 u twaqqgħet fl-1955 mill-Gvern ta’ dak iż-żmien biex titwessa’ t-triq prinċipali. Ir-razzett terran hu wieħed tipiku Malti li jikkonsisti f’12-il kamra u bitħa interna żgħira, mibnija f’perjodi differenti, li għalkemm fit-tqassim jidher fqajjar, fit-tfassil hu storja oħra. Huwa mibni madwar bitha milhuq minn daħla ewlenija. 4 Fuq il-faċċata wieħed kien jilmaħ niċċa ċkejkna miżbugħa kanella skur liema niċċa llum tneħħiet ftit tas-snin ilu. Skond tagħrif li għaddieli wieħed mir-residenti antiki, Joseph Gouder, jidħer li fiha kien hemm statwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Kompla jispjegali li din in-niċċa kienet tikkonsisti f’kantun tad-disgħa użat bħala ħawt u minn statwetta li kien xtara l-abitant tar- razzett mingħand ‘iċ-Ċilest’ li kellu ħanut fil-pjazza ta’ RaħalĠdid. F’din il-propjeta’ wieħed għad jista’ jara bosta karatteristiċi imprezzabli fosthom soqfa bil-kileb u xorok, travi ta’ l-injam u xorok, barumbari, maxturi u ħnejjiet ta’ diversi suriet. F’waħda mill-imqawel hemm niċċa li tidher inbniet minn biċċiet ta’ ġebel imnaqxin b’sengħa li x’aktarx inġiebu minn xi bini ieħor li twaqqa’. Mir-riċerka li saret ftit instabu dokumenti storiċi marbutin ma’ dal-post iżda skond dak li jingħad mix-xjuħ, ir-razzett inbena ma’ bosta oħrajn fil-madwar fl-imgħoddi meta għadd ta’ bdiewa (ħafna minnhom Għawdxin) kienu jaħdmu l-art sabiex ikabbru u jbiegħu ħwejjeġ ta’ l- ikel lin-nies tal-Kottonera, partikolarment lil ħaddiema tat-Tarzna. Dan insibuh iddokumentat fil- ktieb ‘Il-Fgura ‘l-Bieraħ u llum’ ta’ Pawlu Mifsud li ppublikat fl-1977. 5 Id-Deċiżjoni mit-Tribunal tal-MEPA (7 Frar 2019) Id-deċiżjoni ibbażżata fuq konkluzjonijiet u rakkomandazzjonijiet preġudikati tat-Tribunal tal- MEPA ttieħdet fis-7 ta’ Frar 2019 biex dan ir-razzett jitneħħa mill-lista ta’ skedar, fl-opinjoni tiegħna hi waħda mhux ġustifikata. Fil-Property Description jidher li hemm bias ovvju favur li jitneħħa l-iskedar, abbażi taż l-ebda argumenti tekniċi u studji Kummenti bħal “built in a haphazard manner”, “only one room which has some vernacular features”, “out of context” għandhom konnotazzjonijiet negativi b’intenzjoni li jwaqqaw l- importanza tar-razzett u għalhekk ma jagħmlux ġustizzja mal-binja in kwistjoni kif se nispjegaw f’aktar dettal hawn taħt: “built in haphazard manner’ – wieħed jinnota t-tip ta’ kostruzzjoni sempliċi tal-binja u l-istill rurali ta’ dak iż-żmien fejn bini rurali isir b’dan il-mod. Mela dan kumment huwa biased u għalhekk mhux ġust. Ir-realta’ tgħallimna li postijiet antiki bħal dawn li ilhom jeżistu għal mijiet tas-snin jiġu abbandunati mis-sid bi skop li jidhru mitluqa u hekk din it-tip ta’ deskrizzjoni tgħin biex postijiet mitluqa bħal dawn jidhru mal-pubbliku “koroħ” u bla użu. “only one room has vernacular features” – minn meta l’hawn karatteristiċi vernakolari li huma rari bħal soqfa bil-kileb, barumbara, maxturi u ħnejjiet ta’ diversi suriet jigu deskritti bħala “only one room” u “some features”? Żgur li binjiet u djar oħra privati ma jiġux deskritti b’dan il-mod. “out of context” – minn meta l’hawn bini jigi deċiż li jkun salvat mhux fuq il-mertu tiegħu imma fuq xi jkun hemm mad-dawra? “the building is a few courses below the level of the current road (Triq Hompesch) thus it is difficult to re-use as owning to the current sanitary requrements, humidity levels and other issues.” – Kummenti bħal dawn saru b’intenzjoni li jinħolqu aktar skużi biex jiġġustifikaw d- deċizjoni oxxena tat-twaqqiegħ tar-razzett għax: 1. Fiz-zoni ta’ konservazzjoni urbana wiehed jiltaqa’ ma’ diversi binjiet ta’ valur arkitettoniku (uħud anke skedati) li maż-żmien ġew fl-livell iktar baxx mit-triq. Qatt ma nstema kaz fejn din iċ-ċirkustanza ssemmiet bhala raġuni (skuza) biex bini ta’ valur ikun jista jitwaqqa’. 2. Rigward il-kumment dwar l-umdita’, ma naf qatt li l-Awtorita’ daħlet fl-issue ta’ l- umdita’ fil-bini! Kumment stramb għax hu ovvju li hawn eluf ta’ djar antiki fil-Gżejjer Maltin li meta nbnew ma kienx jintuża qatran. Allura nistaqsu li bl-istess argument dawn jistgħu jitwaqqgħu? Il-kumment dwar is-sanita’ huwa ħafna aktar stramb f’ċirkustanza fejn bħalissa l-Awtorita’ tal- Ippjanar qed toħroġ eluf ta’ permessi bl-Iskema ta’ Regolarizzazzjoni li kollha għandhom nuqqasijiet kemm żgħar kif wkoll kbar mal-liġi tas-sanita’. Hawnhekk hekk nitkellmu fuq djar li 6 nbnew sa ftit snin ilu meta r-regoli kienu magħrufin minn kulħadd. Għalhekk ir-regoli tas-sanita’ fuq din il-binja huwa ovvju li ma jgħoddux. Suppost l-Awtorita’ tafu sew dan. Mappa taż-Żona ta’ 1914 fejn turi lir-razzett kien ġa jestisti Ir-Razzett l-Antik: L-Uniku u l-Ixjeħ Prova ta’ Identita’ ta’ l-Oriġini tal-Fgura Minkejja li wirt kulturali mhuwiex imsemmi fid-definizzjoni ta’ Grad 3 u l-kumplament tal-Gradi, l-MEPA tgħid “Our cultural heritage consists of the places and objects we have inherited from past generations that we want to keep and pass on to future generations.” Apparti l-kummenti dilettanteski, xokkanti aktar li l-esperti mqabbda mill-Awtorita’ waslu f’konkluzjoni li:“ma hemm l’ebda prova konkreta li tindika li l-bini għandu jitqies bħala struttura ta’ valur storiku partikulari fis-sens li hija xi struttura li qed tagħti xi identita’ lit-triq jew liż-żona.” Ma nistax nifhem din il-konklużjoni stramba u ta’ tħassib meta dan l-istess Tribunal injora dawn l-fatti: Il-Pożizzjoni Ġeografika (biswit il-Kappella l-Anika ta’ 1790) Il-bidu tal-Fgura huwa marbut mal-bini tal-Kappella mit-tfal ta’ Klement Busuttil mill-bdiewa tal-post (ħafna minnhom Għawdxin) li kienu jgħixu f’irziezet fil-viċinanzi ta’ l-istess kappella u għalhekk dan hu xhieda unika tal-Fgura antika. Il-pożizzjoni ġeografika tar-razzett li jinsab f’salib it-toroq li jagħtu għal Bormla, Ħaż-Żabbar, Ħal-Tarxien u Raħal Ġdid jissimboliżżaw l-oriġini tal-Fgura. Ħu fatt magħruf u ddokumentat 7 fil-mapep u r-ritratti li din l-akwata kienet fost l-ewwel binjiet tal-Fgura tal-kampanja u għalhekk hu l-aħħar binja storika li hi xħieda ta’ l-oriġini tal-Fgura. Il-Monument tas-Salib quddiem ir-razzett b’erba kolloni li jfakkar il-kappella l-antika u li minn din iż-żona sar r-rinaxximent tal-Fgura. Fil-pubblikazzjoni tal-ktieb ‘Il-Fgura ‘l-Bieraħ u llum’ (1977) ta’ Pawlu Mifsud jirrakonta “li f’kantuniera ta’ triq li tiġi bejn Ħaż-Żabbar u RaħalĠdid kien hemm niċċa bi kwadru jew statwa tal-Madonna tal-Karmnu li nies tal-post kellhom devozzjoni kbira lejha. Ritratt minn fuq l-ajru ta’ l-1950 Ritratt mill-ajru fil-preżent 2020 (Google Maps) 8 Il-Bini Inniffsu hu l-Ixjeħ fl-Akwata (ta’ l-inqas 200 sena) Immarkat fil-mappep ta’ aktar minn mitt sena ilu u f’ritratti antiki jikkonfermaw li r-razzett jinsab f’salib it-toroq biswit il-kappella u n-niċċa l-antika ta’ l-1790, liema kappella u niċċa li m’għadhomx jeżistu waqt li r-razzett għadu. L-Aħħar tax-Xorta tiegħu fil-Fgura (fl-akwata kullimkien inbena fil-“modern”) Hija l-aħħar binja antika fil-Fgura li tmur lura mal-200 sena u kienet tinsab faċċata tal-Kappella l-Antika (1790) fejn kien hemm in-niċċa l-antika u l-aħħar xieħda ta’ bini marbut ma’ waħda mill-leġġendi t’isem il-Fgura. Marbut mal-Istejjer Storiċi , Reliġjużi u Folkoristiċi tal-Lokal Xiehda unika ta’ kif kienet l-Fgura ta’ dari li miegħu huma marbutin episodji mill-istorja, leġġendi, stejjer u l-istil ta’ ħajja rurali li kienu jgħixu l-Fgurin fil-passat. L-isem ‘Daħlet in-Niċċa l-Antika’ flimkien max-xhieda b’saħħitha tal-“figura” tan-niċċa Marjana li mid-dokumenti tat-28 ta’ Lulju 1788 nafu li ċertu Klemente Busuttil għamel petizzjoni li Gran Mastru De Rohan biex madwar in-niċċa l-antika (mibnija faccata tar-razzett) jkun jista’ jibni kappella żgħira li tieħu biċċa mit-triq pubblika. u li setgħet kellha rabta ma’ l-isem tal-Fgura. Residenti antiki tal-Fgura stqarrew miegħi li fiż-żmien il-gwerra fir-remissi ta’ rziezet bħal dawn kienu jintużaw għall-Victory Kitchen. Interessanti li dan ir-razzett jinsab tefa’ ta’ ġebla mill- bokkiet tax-xeltrijiet. Dawn l-erbgħa’ punti importanti jwassluni għall-konklużjoni li dan ir-razzett huwa ta’ importanza storika; l-uniku u l-ixjeħ prova ta’ identita’ ta’ l-oriġini tal-Fgura. Il-konklużjoni flimkien mad-deċiżjoni tat-tribunal tal-MEPA huma ibbażati fuq premessi dilletanteski u strambi filwaqt li injora għal kollox dawn l-erbgħa punti u fatti importanti. Deċiżjoni fuq Fatti Kontraditorji Fid-difiża tiegħu l-Kunsill tal-Fgura kemm-il darba elenka dawn il-punti marbuta ma’ dan l- eqdem bini ta’ valur storiku u kulturali fil-lokalita’mat-Tribunal tal-MEPA, madankollu għal raġunijiet strambi l-istess Tribunal fl-appell (383/16 MS) ta’ 7 ta’ Frar 2019 iddeċieda li jneħħi l-iskedar. Wieħed jiskanta bil-konklużjonijiet tat-Tribunal b’fatti kontradittorji fejn naħa rapport tad- Direttorat jiddeskrivi n-niċċa ċkejkna ta’ lewn kannella skur fuq ir-razzett u minn naħa l-oħra t- Tribunal iddeċieda li joqgħod fuq l’eżami ta’ l-inkartament tal-GF 272/98 fejn skond dan l-eżami ma sab ebda prova ta’ struttura ta’ din in-niċċa. Wieħed jistaqsi u jitħasseb għalfejn ma sarx 9 aktar studju profond meta hemm xhieda u ritratti ta’ din in-niċċa ċkejkna li tneħħiet ftit ta’ snin ilu. Min jaf għaliex? Jien personalment niftakha wkoll din in-niċċa. B’dawn il-punti naħseb li minkejja t-tifsir tal-gradi ta’ l-iskedar, xorta hemm kaz b’saħħtu għaliex dan il-bini għandu mhux biss jinżamm iżda jiġi rrestawrat. Jista jingħata għal użu kulturali bħal eżempju l-Isptar l-Antik fl-Imqabba u r-Razzett tal-Markiż fil-Mosta jew inkella anke f’waħda mill-proposta tiegħi fejn jista jingħata lil privat u jintuża’ għal użu kummerċjali fosthom bħala ċentru ta’ agrituriżmu, restorant u kafetterija. Minħabba l-pressjoni u l-mod stramb ta’ kif ittieħdet id-deċizjoni mit-tribunal tal-MEPA l-Gvern hu fid-dover li jinterveni biex jipproteġi wieħed mill-aħħar wirt storiku u kulturali fil-Fgura biex b’hekk issir ġustizzja man-nies tal-Fgura kif wkoll biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-kulħadd, inkuż mas-sid ta’ l-art. 10 II. L-Impatt Soċjali u Ekonomiku ta’ dan is-sit fuq il- Kommunita’ tal-Fgura. 1. Patrimonju Kulturali Hekk kif spjegat fil-bidu, l-istorja tal-Fgura hija pjuttost differenti minn bnadi oħra f’Malta. L- izvillupp ta’ din il-belt twieled minn industrija agrarja u ż-żieda ta’ l-attivita’ ekonomika fil- portijiet tat-tlett ibliet. Il-Fgura kienet magħmula minn raba xaghri u numru ta’ rżieżet mxerrda ‘l hawn u ‘l hemm, u kull żona kienet marbuta ma’ xi laqam jew kunjom tal-familja li tieħu ħsieb r-rażżett. Rażżett antik fil-Fgura hu meqjus mir-residenti bħala sit ta’ patrimonu kulturali. Kapitlu 445 mill-liġijiet ta’ Malta, jiddefinixxi dan it-terminu ‘Patrimonju Kulturali’ fejn jfisser oġġetti mobbli jew immobbli ta’ importanza artistika, arkitettonika, storika, arkeoloġika, etnografika, paleontoloġika u ġeologika u tinkludi informazzjoni jew data relattivi għall- patrimonju kulturali li jappartjeni lil Malta jew lil xi pajjiż ieħor. Dan jinkludi wkoll siti jew depożiti arkeoloġiċi, paleontoloġiċi jewġeoloġiċi, fdalijiet umani, pajsaġġ tal-art, tal-baħar u ta’ taħt il-baħar, gruppi ta’ bini, kif ukoll kollezzjonijiet xjentifiċi, kollezzjonijiet ta’ kampjuni naturali u ta’ oġġetti artistiċi, manuskritti, kotba, materjal, arkivji, materjal awdjo-viżiv u riproduzzjonijiet ta’ xi waħda minn dawn hawn qabel imsemmija, jew kollezzjonijiet ta’ valurstoriku, kif ukoll assi kulturali intanġibbli li jinkludu l-arti, it-tradizzjonjiet, id-drawwiet u l-ħiliet li jintużaw fl-arti dimostrattiva, fl-arti applikata u fl-artiġjanat u assi intanġibbli oħra li għandhom valurstoriku, artistiku jew etnografiku Rakkomandazzjoni: Bl-ebda preġudiżżju lejn is-sidien attwali, l-awtorita għandha tikkunsidra għal darb’oħra permezz ta’ esperti, l-valur tal-patrimonju kulturali ta’ dan is-sit u ma’ tilqa l-ebda proposta għad-distruzzjoni ta’ dan il-patrimonju. 11 2. Ambjent B’popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn 13,000, il-Fgura hi magħrufa bis-sħiħ bħala waħda mill-ibliet Maltin mibnija/zviluppata, li nieqsa ħafna minn spażji wiesgħa, bini storiku, kif ukoll nuqqas kbir ta’ siġar u ġonna pubbliċi. L-għadd ta’ żoni fejn jistgħu jitħawlu s-siġar hu limitat Il-Kwalita’ ta’ l-arja tjiebet matul iż-żminijiet, pero il-Fgura xorta tibqa wahda mill-aktar bliet traffikużi f’Malta. It-twaqqiegh ta’ dan ir-Razzett, se jwassal għal aktar bini ta’ konkriet u telf ta’ art għamilha. Art li kienet tinħadem u li tistgħa terġa tinħadem. Rakkomandazzjoni: Bl-ebda preġudiżżju lejn is-sidien attwali, l-awtorita’ ta’ l-ippjannar għandha tikkunsidra il-vantaġġ ambjentali jekk ma jkunx hemm l-ebda zvilupp jew zvilupp b’tali mod li jkun ssalvagwarjat l-ambjent tal-madwar, b’mod partikolari l-art agrikola. 12 3. Saħħa Ambjent fqir, jġib mieghu diffikultajiet fiħiċi u mentali għar-residenti Fgurin. Tajjeb nsemmu li sar ħafna progress f’dawn l-aħħar snin imma iridu ngħarrfu ukoll li baqa xi jsir. Fost ir-residenti tagħna nsibu livell mard respiratorju u alleġiji li huma kkawżati minn numru ta’ fatturi u fost l-aktar żoni milquta huwa propju fiż-żona ta’ dan is-sit ta’ patrimonju kulturali. Jeżistu ukoll diffikultajiet relatati ma’ saħħa mentali, u dan l-element ma jridx jkun injorat anki fil-lokalita’ tal-Fgura. Rakkomandazzjoni: Bl-ebda preġudiżżju lejn is-sidien attwali, l-awtorita’ ta’ l-ippjannar għandha tikkunsidra studju professjonali dwar kif d-distruzzjoni ta’ dan il-patrimonju kulturali se timpatta fuq is-saħħa tar-residenti, b’mod partikolari is-saġġa mentalita tar- residenti, b’mod partikolari għal dawk li dan is-sit jfakkarhom fl-istorja tagħhom, u ta’ belthom. 13 4. Soċjali Il-Fgura hija wahda mill-aktar bliet popolati f’Malta ( madwar 13,000 prsuna/Km2) u fejn l-eta’ ġenerali tar-residenti hija pjuttost ġovanili meta mqabbla ma’ lokalitajiet oħra fl-akkwati. Fost ir- residenti Maltin, hemm ukoll komunitajiet oħra barranin li ġew jgħixu fil-Fgura u ħafna minnhom integraw fil-lokalita. L-impatt ta’ l-izvillup tal-bini riċenti fil-Fgura, affettwa ħafna mir-residenti. Ir-residenti jixtiequ kenn mill-ħajja mgħaġġla u progressiva ta’ l-istess lokalita. Jixtieq sit fejn fiha jkunu jistgħu jirrilassaw u josservaw l-istorja ta’ din il-lokalita, lil hinn min kif nafuh fil-ħajja ta’ kuljum. Rakkomandazzjoni: Bl-ebda preġudiżżju lejn is-sidien attwali, l-awtorita’ ta’ l-ippjannar għandha tikkunsidra l-abbożżar ta’ studju minn espert dwar l-impatt soċjali ta’ dan il- proġett fuq ir-residenti fil-Fgura. 5. Ekonomija Il-Lokalita tal-Fgura hija nota għal attivita kummerċjali tagħha, speċjalment permezz ta’ numru ta’ stabiliment li fetħu l-hwienet tagħhom fit-triq prinċipali. Pero huwa fatt ukoll, li ma tantx hemm diversita’ fl-industriji u fost dawn nsibu dħul baxx u kważi xejn fejn titħol l-industrija tat- turiżmu minkejja li eluf taż turisti jgħaddu mill-Fgura sabiex jmorru fit-tlett ibliet. Ir-riġenerazzjoni tas-sit msemmi f’dan ir-rapport, jaf joħloq ‘hun’ ġdid turistiku bl-inqas investiment possibli. Proġett li minnu jkunu kreati opportunitajiet ta’ xogħolijiet ġodda u anki jkompli jsaħħah l-attivita kummerċjali fl-akwati. Fi ftit kliem, il-konservazzjoni ta’ dan ir-razzett jwassal għal dħul ġdid minn gwadan ta’ industrija ġdida. Rakkomandazzjoni: Bl-ebda preġudiżżju lejn is-sidien attwali, l-awtorita’ ta’ l-ippjannar għandha tikkunsidra l-potenżjal ta’ dan is-sit, billi tordni stħarriġ dwar l-impatt ekonomoku la darba dan is-sit kellu jkun kkunisdrat bħala prodott turistiku ukoll. 14 III. IL-GVERN GĦANDU JIXRI U JIRRESTAWRA IR-RAZZETT BIEX JIKRIH LILL-PRIVAT GĦAL UŻU KUMMERĊJALI 1 Il-Gvern għandu Jinterveni biex issir Ġustizzja ma’ l-aħħar Patrimonju tal-Fgura La l-MEPA ċediet għall-protezzjoni ta’ Grad 3, anke fil-kaz remot li tbiddel din id- deċiżjoni u tati lura l-iskedar lir-razzett dan mhuwiex biżżejjed. Il-fatt li s-sid ta’ l-art dawn l- aħħar snin abbanduna r-razzett u ħalliħ jitmermer filwaqt li ħbieħ minn għajn in-nies permezz ħajt tal-briks li jiċċirkondaħ, wieħed jirrealiżża li ma jkunx solva il-problema imma hi kwistjoni ta’ ftit snin fejn dan ir-razzett jikkollassa permezz tal-proċess tal-weathering. 2 Nibdlu din l-isfida f’Opportunita’ Kummerċjali bl-Għajnuna ta’ l-UE Għalhekk meta wieħed jġib quddiem għajnejħ ir-realta tal-pressjoni fuq l-MEPA flimkien mad-deċiżjoni stramba ta’ l-istess Awtorita’, il-Gvern għandu jaqbad il-barri minn qrunu, u f’dal każ minħabba l-importanza storika u kulturali ta’ r-razzett, il-Gvern għandu jixtri l-art u jirrestawraħ. Wara l-proġett tar-restawr jgħaddiħ lill-privat permeżż ta’ kirja għal użu kummerċjali u b’hekk dan ikun opportunita’ ta’ introjtu ġdid għall-Gvern. 3 Restorant u Kafeterija Għalkemm fil-Fgura għadna żewġ pjazzez dawn jinsabu f’żona residenzjali u għalhekk peress li ma fihomx ħwienet dawn ma jitqiesux bħala ċentru fejn n-nies tal-lokal jissoċjaliżżaw. Għalhekk ir-restawr tar-razzett hu bidu ta’ trasformazzjoni biex apparti dal-ġojjel jibqa ħaj fl- istess waqt nkunu ħloqna post ieħor fejn il-Fgurin u l-pubbliku jiltaqa’. Sfortunatament postijiet ta’ divertiment u rilassament fil-lokalita’ tal-Fgura huma limitati wisq. 4 Il-Pożizzjoni Ġeografika hi ta’ Potenzjal għall-Agri-Turiżmu Ħafna Maltin jmorru Sqallija biex jesperjenzaw dak li jissejjaħ agri-turiżmu fejn fost oħrajn wieħed jesperjenza b’mod ħaj l-istorja, l-ikel tradizzjonali u l-proċess tiegħu ħafna drabi jsir fl- irziezet tradizzjonali. Dan ir-razzett hu xhieda storika u kulturali ta’ l-antenati tal-Fgura u dan ir- razzett hu fir-rotta meta t-turist li jżur il-Kottonera. Għalkemm pajjiżna għandu xi rziezet li qed joffru l-agrituriżmu, madankollu d-dewmien ikkawżat mit-traffiku u l-limitazzjonijiet tat-trasport pubbliku u l-infrastruttura jagħmluha diffiċli biex it-turist li jżurlek rziezet bħal dan it-tip fil-kampanja tan-naħa tat-Tramuntana ta’ Malta. Ma’ dawn wieħed jrid jżomm f’moħħu li minn surveys passati ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu juru biċ-ċar li sena wara sena l-iljieli li t-turist iqatta f’pajjiżna dejjem qegħdin jonqsu. Għalhekk jekk wieħed jieħu inkonsiderazzjoni din ir-realta’ tal-limitazzjoni tal-ħin dispost għat-turist 15 flimkien mal-fatturi relattati mat-trasport li semmejna jagħmel aktar sens li wieħed jinvesti f’agri- turiżmu viċin ta’ attrazzjoni unika tal-Kottonera peress li dawn l-bliet storiċi huma viċin t- terminus tal-Belt Valletta. Il-potenzjal ta’ dan ir-razzett hu: li dan jinsab fir-rotta popolari ta’ meta turist mill-Belt Valletta jżur il-Kottonera. B’hekk it-turist barra jesperjenza l-ħajja fl-imgħoddi ta’ l-bliet tal-Kottonera, jingħata l-opportunita li fl-inqas ħin possibli jieħu togħma tal-ħajja rurali tal-passat permezz ta’ l-agrituriżmu f’dan ir-razzett. Il-fatt wkoll li dan il-proġett jkun viċin ta’ ħwienet, attrazzjonijiet u faċlitajiet oħra li se nsemmi ‘l quddiem, jagħmluha konvenjenti għat-turist biex jesperjenza l- ħajja rurali tal-imgħoddi filwaqt li wara jibqa sejjer il-Kottonera fejn hemm jesperjenza l-ħajja urbana tal-passat jew viċe-versa. Għalkemm dan ir-razzett jinsab f’kuntest ta’ ambjent urban “modern” madankollu jekk wieħed jżomm l-ajra tal-madwaru b’siġar, arbuxxeli indiġeni u l-bgħejjem li kien jrabbu missierijietna flimkien ma’ arkitettura tal-bini ma’ madwar li tirrispetta l-karattru tar-razzett wieħed jkun qed jerġa joħloq niċċa t’ambjent rurali tradizzjonali. Fuq in-naħa ta’ wara tar-razzett għandu jitħalla spazju imdaqqas biex wieħed jista jħalli l- annimali jiġru u jirgħu filwaqt f’partijiet oħra speċjalment fil-perimentru tal-konfini jitkabbru pjanti siġar u arbuxxelli assoċjati ma’ l-irziezet bħal qasab, siġar tal-bajtar, tin, lewż u taċ-ċitru. Mad-dawra tar-razzett għandu jinbena ħajt tas-sejjieħ biex jissepara it-trejqa pedonali u għas- servizzi. Dan il-proġett ikun komplut biss jekk il-bini ġdid ta’ warajh jkun fuq il-ġebla Maltija bi stil tradizzjonali kontemporanju biex b’hekk jinfiltra sew kemm ma’ l-ambjent tar-razzett kif wkoll mal-bini tal-madwar. Meta wieħed jżur ir-razzett it-turist se jesperjenza l-ambjent tar-razzett Malti b’annimali assoċjati, għodod u makkinarju li kien jintużaw fl-imgħoddi u bi staff imlibbes b’mod tradizzjonali. L-impjegati jdawwru lil viżitatur fil-kċina tar-restorant fejn quddiem għajnejħ jara l-proċess ta’ ikel tradizzjonali bħal eżempju l-ħobża Maltija, l-ġbejniet, bigilla, pastizzi, l-qagħaq u l-imqaret. Apparti dan, it-turist se jesperjenza l-prodotti lokali billi jkollu l-okkazzjoni li jduqhom permezz ta’ platti tradizzjonali li joffri r-restorant tar-razzett. Il-visitatur jkollu l- opportunita’ wkoll li jixtri dawn prodotti tradizzjonali flimkien ma’ suvenirs għall-konsum tiegħu. Dan il-proġett kapaċi jinteressa kemm lill-iskejjel fl-istudji kif wkoll lin-nies tal-lokal u l-pubbliku inġenerali li jinteressaħ il-patrimonju ta’ pajjiżna. Dan il-proġett t’agri-turiżmu jista jiġi mgħejjun finanzjarjament permezz tal-fond ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-lokalita’ tal-Fgura hija nieqsa mill-ġonna u l-ħdura u għalhekk il-fatt li wieħed jirrestawra r- razzett u jħalli parti mid-dawra bil-ħdura (kemm għall-animali li jipprovdu l-prodotti tar-razzett) jinħoloq spażju imsaġġar ta’ rikreazzjoni u mistrieħ. Jekk l-proposta t’agri-turiżmu tkun magħmula bil-ħsieb u b’marketing intelliġenti kapaċi toħloq kummerċ ġdid fiż-żona li jgawdu minnha l-kommunita’ kummerċjali tal-madwar. 16 Impressjoni Artisitka. Disinn Aldo Busuttil, Pittura: Paul Busuttil 17 IV. IX-XIRI TA’ L-ART U L-BINI TA’ PJAZZA MAR-RAZZETT FLIMKIEN MAN-NIĊĊA L-ANTIKA U REPLIKA TAL-KAPPELLA TA’ L-1844 1 Investiment jikkumplimenta r-Razzett l-Antik b’għajnuna ta’ l-UE Investiment ieħor li l-Gvern għandu jagħmel biex jikkumplimenta r-restawr u l-użu kummerċjali tar-razzett hu li jixtri l-art li tinsab bejn ir-razzett u salib it-toroq. F’din l-art għandha tibena pjazza żgħira li sservi kemm biex il-pubbliku japprezza u jġawdi r-razzett u ħdura ta’ madwaru filwaqt li tkompli tiġi imsebbħa bil-bini tan-niċċa l-antika u replika tal-Kappella ta’ l-1844 li kienet twaqqgħet fl-1955 għat-twessiegħ ta’ triq. Il-Gvern għandu jfittex l-għajnuna permezz ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea iddedikat lit-turiżmu u patrimonju kulturali biex jirrealiżża dan il-proġett u hekk il-piż finanzjarju jonqos. 3.2 Opportunita’ ta’ Kummerċ u Kumpens għat-Tniġġis tat-Traffiku B’hekk din il-wesgħa ġdida tkun rigal mill-Gvern għall-Fgurin bħala kumpens għat- traffiku li jgħaddi minn din iż-żona. Apparti dan, se tkun opportunita’ oħra għall-Gvern biex din il-kappella tinkera għal użu kummerċjali, eżempju: waqt it-tours tinkera biex apparti li t-turisti jżuruha tingħata spjegazzjoni fil-forma ta’ filmat. Dan jista jsir faċilment billi fuq in-naħa ta’ wara tal-Kappella jintrama projector u permezz ta’ screen tad-drapp li skond l-bżonn jitla’ u jinżel tingħata preżentazzjoni ta’ madwar 10-15mins. Dan il-filmat qasir se jagħti togħma lil visitatur fuq l-oriġini tal-Fgura: l-istorja tal-kappella u n-niċċa u r-razzett, kif wkoll l-istil ta’ ħajja rurali ta’ l-imgħoddi f’din l-akwata. Il-Gvern flimkien mal-privat għandhom jikkomissjonaw dan id- dokumentarju drama billi l-ewwel jsir studju aktar profond fuq l-istorja tal-Fgura u l-madwar. Din il-kappella filgħaxija tista tinkera wkoll għall-kunċerti żgħar, għall-quddies tat- tiġijiet u anke biex issiru serati kulturali fost oħrajn. Parti mill-pjazza tista tiġi mikrija lir-restorant u l-kafeterija għas-siġġiet u l-imwejjed barra u b’hekk il-pjazza tkun ta’ post fejn il-Fgurin jistgħu jissoċjaliżaw f’ambjent sabiħ. Nissuġerixxi li l-pjazza tingħata l-isem ‘Tal-Karmnu’; isem li missierijietna kienu jirreferu għal din l-awkata dan jixhdu il-mapep antiki li sibt fl-Arkivji u l- Librerija Nazzjonali Permezz tal-qawmien mill-ġdid tal-kappella u n-niċċa l-antika flimkien mar-restawr tar- razzett, il-Gvern jkun qed jerġa jagħti l-ħajja l-identita’ tal-Fgura li ntlifet matul iż-żmienijiet u fl-istess waqt permezz ta’ l-agrituriżmu flimkien mar-restorant u l-kafetterija jkun qed jiġġenera ekonomija ġdida fil-Fgura li minnu jibbenefikaw anke l-ħwienet tal-madwar. Dan hu l-ewwel proġett li għandu jpatti għal snin twal ta’ tniġġis mill-vetturi li jgħaddu mill-qalb tal-Fgura. 18 4. ARKITETTURA LI TIKKUMPLIMENTA MAR-RAZZETT U L- MADWAR 4.1 Konċessjoni ta’ sular extra biex jgħatti l-bini “modern” b’kundizzjonijiet Għalkemm ir-razzett huwa imdawwar bil-bini “modern” dan jista’ jitatta permezz ta’ bini ġdid ieħor warajħ li permezz tal-ġebla Maltija biex hekk jikkumplimentaħ u għalhekk ma jistunax. Biex wieħed jnaqqas l-ispejjeż jista jibni l-ewwel bil-konkos u l-briks imbagħad jiksi b’saff ta’ ġebla Maltija. Il-proposta tiegħi hi li l-MEPA tagħti konċessjoni li f’dan il-proġett jinbena sular extra biex jgħatti l-bini ta’ wara (speċjalment is-sulari bla permess) minn dak permessibli bil-patt li: • Il-proġett propost jinbena jew jinkesa bil-ġebla Maltija u b’arkitettura tradizzjonali kontemporanju li tikkumplimenta r-razzett. • Jagħti aċċess pubbliku fit-trejqa privata (ara l-pjanta u l-impressjoni artistika) madwar il- perimetru tar-razzett, l-ħwienet u l-appartamenti. • Fit-trejqa jintramaw kameras b’sistema fejn il-Pulizija jkollha aċċess għalihom biex tissorverja ż-żona. • Ma jkunx hemm permessi għall-bars u swali tal-logħob, filwqat xorb u ittlajjar fiż-żona jkunu illegali. B’hekk nassigraw li ma jinħolqux problemi ġodda lir-residenti tal-madwar. • Li l-iskavar u l-kostruzzjoni tal-proġett jsiru taħt il-superviżżjoni tas-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali. • Li jekk jinkissru dawn il-kundizzjonijiet jkunu marbuta ma’ multi iebsa. 4.2 L-Użu tal-Ġebla Maltija b’Arkittettura Tradizzjonali Kontemporanja Il-proposta tal-bini ta’ madwar ir-razzett fl-impressjoni artistika huwa ispirat mill-bini tas-swar ta’ Bormla u l-bini fuqu ta’ wara gwerra. Wieħed jinotta li bħas-swar il-ġnub ta’ bini huwa ftit angolat li jixbaħ lis-swar u sa ċertu punt simili wkoll għal-linji tal-Knisja ulta-moderna tal-lokal. Il-bibien u l-galleriji imlwena li jixbħu lil dawk tradizzjonali ta’ l-injam flimkien mal- ħnejjiet fid-daħliet u twieqi jagħtu karratterisika tradizzjonali kontemporanju. 19 Ta’ min wieħed jfakkar li meta l-Fgura kienet kampanja, r-raħħala kienu jaraw is-swar ta’ Bormla u għalhekk permezz ta’ dan il-bini, il-ħdura madwar ir-razzett flimkien mar-replika tal-kappella u n-niċċa l-antika jeħolqu raffigurazzjoni ta’ l-identita’ tal-Fgura. Nissuġerixxi li l- estate ta’ bini tal-madwar tingħata l-isem ‘Tal-Karmnu Estate’ biex hekk tfakkar kif fl-imgħoddi din iż-żona kienet imniżżla fil-mapep u man-nies. Dan il-bini li jdur mal-parti tal-konfini ta’ l-art għandu mhux biss jikkumplimenta r- razzett, l-pjazza bil-kappella u n-niċċa imma wkoll ta’ spazju ta’ ħdura. Madwar dan l-ispażju tinħoloq trejqa għall-passiġata biex kemm il-pubbliku kif wkoll it-turisti jkunu jistgħu jidħlu fil- ħwienet tal-madwar. Din it-triq privata tkun magħluqa għat-traffiku permezz ta’ arbli awtomatiċi tal-metal ħlief li għal xi ħin (preferibbilment filgħodu kmieni u filgħaxija wara s-8pm) fejn is- sidien tal-ħwienet jkunu jistgħu jidħlu fiha biex jitrasportaw il-prodotti jew jingħataw xi servizz li jeħtieġu u f’każ ta’ emergenza. Matul il-ġemb ta’ din it-trejqa li tmiss mar-razzett għandhom jissaġġru pjanti, arbuxelli u siġar żgħar indiġeni. 20 1. PARKEĠĠ U ĠIBJUN TAĦT L-ART 4.1 Opportunita’ Kummerċjali bl-għan li ttaffi il-problema tal-parkeġġ Il-ġungla ta’ bini massiv bi ftit garaxxijiet qed joħloq żieda fil-popolazzjoni u jikkawża problemi ta’ parkeġġ fejn dan qed jaħli ħafna ħin, fjuwel u stress fuq ir-residenti. Għalhekk din għanda tkun okkażżjoni tajba biex taħt l-art, apparti li jistgħu jinbnew ħwienet, għandu jkun hemm parkeġġ disponibbli kemm għar-residenti futuri u dawk ta’ l-akwata kif wkoll għal użu kummerċjali. Dan jinkludi vetturi tal-ħaddiema tal-ħwienet u klijenti li jiġu jixtru jew jagħmlu użu minn servizzi f’din iż-żona. Permezz ta’ l-investiment privat flimkien ma’ inċentivi mill-Gvern eżempju bit-tnaqqis tal-VAT fuq l-ispejjes tal-konstruzzjoni u l-biljetti (Finanzjar mill-UE?) bil-patt li r-residenti jħallsu prezz vantaġġuż minn dak standard. Dawn l-inċentivi għandhom jikkoraġixxu l-użu aktar tal-parkeġġ mir-residenti u biex dan il-proġett jkun sostenibbli filwaqt li jtaffi mill-problemi ta’ parkeġġ u l-ġiri żejjed biex wieħed jsib parking u għalhekk inqas traffiku u inqas tniġġiż. Il-kumpanija responsabbli mill-parkeġġ tista wkoll jidħol fi ftehim ta’ skema mal-ħwienet interessati f’din iż-żona biex jħallsu parti mill-preżż tal-parkeġġ ma’ kull xirja jew servizz li l- klijenti tagħhom jkunu għamlu. Dan issir permezz ta’ l-preżentazzjoni ta’ l-irċevuta fiskali li jissarfu fi skonti għall-parkeġġ skond kemm wieħed ikun nefaq. Permezz ta’ din l-iskema wieħed jagħmilha aktar komda biex jagħmel użu mis-servizzi tal-ħwienet ta’ l-akwata u b’hekk jkollhom aktar klijenti u bejgħ. 4.2 Ġibjun għal Użu Kummerċjali waqt jidirizza l-problema ta’ l-Għargħar Il-proposta ta’ ġibjun taħt l-art hi importanti għaliex tindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ kalverts li jilqgħu l-ilma tax-xita li b’kuntrarju meta inqalet Triq Ħaż-Żabbar dawn għal raġuni stramba ma imbnewx meta inqalet Triq Hompesch. Fil-fatt meta tagħmel ħalba qalila mhux l- ewwel darba jinġabar ħafna ilma tant li r-roundabout ta’ fejn l-HSBC tkun merqa taħ l-ilma. Permezz tal-bini ta’ dan l-ġibjun il-Gvern kapaċi jtaffi l-problema ta’ l-għargħar filwaqt li juża dan l-ilma għall-użu kummerċjali inkluż għar-razzett u l-ħwienet tal-akwata kif wkoll għal użu tar-residenti stess. 21 2. TITJIB U TIŻBIEĦ TA’ L-AKWATA 5.1 Jikkumplimenta mal-Proġett u Jgħolli il-Kwalita’ tal-Ħajja u l-Valur tal-Propjeta’. Dawn il-proġetti f’din iż-żona għandhom jiġi kkumplimentati permess ta’ skemi voluntarji iffinanzjati mill-MEPA u proġetti ta’ tisbieħ fiż-żoni tal-madwar. Dan it-tiżbieħ għandu l-għan li jtaffi l-istress tal-komunita’ tal-Fgura filwaqt jgħolli l-kwalita’ tal-ħajja u l-valur tal-propjeta’. Ix-xogħol ta’ titjib u tiżbieħ se jgħin biex ttejjeb d-dehra ta’ din iż-żona filwaqt li tikkumplimenta mal-proġett ta’ madwar ir-Razzett l-Antik biex meta jżurha t-turist jkollu esperjenza pjaċevoli. 5.2 Tħaddir b’Siġar li mhumiex Goffi u ma Jagħmlux Ħsara fil-Propjetajiet Fit-toroq prinċipali b’mod speċjali fi Triq Hompesch, fejn hu possibli għandhom jinżergħu siġar indiġeni addattati biex b’hekk appart d-dehra tat-triq li tikkumplimenta r-razzett, l-fatt li jinżergħu s-siġar terġa tingħata l-ħajja f’dawn it-toroq traffikużi waqt li jtaffu mit-tniġġiż u jagħmlu bilanċ mal-kulur invadenti u dipressanti tal-bini griż. It-tħaddir ta’ madwar din iż-żona għandu jgħin b’mod psikoloġiku lir-residenti u nies li jiffrekwentaw din iż-żona biex wara t- trawma u l-istress ikkawżati mill-pandemija wieħed joħloq ambjent aħjar. Wieħed irrid joqgħod ħafna attent x’tip ta’ siġra se jiżra f’din iż-żona li apparti għandha tkun indiġena għandha tirrispetta l-ambjent urban, li tiflaħ għat-traffiku, filwaqt li ma toħloqx 22 problemi oħra fosthom dik ta’ l-għeruq tas-sigar tal-ficus li ma tidħolx fil-pedamenti kif ġara fil- passat. Bħala resident li għixt l-parti kbira ta’ ħajti f’din it-triq naf li kien hemm tgegir fuq s-sigar tal-ficus li nżeraw fi żmien is-sittinijiet. Apparti li dawn kien qed jagħmlu ħsara fil-pedament tad- djar dawn kien wkoll “jħammġu” l-art bil-frott li jaqa kontinwament fil-bankini u l-parapetti, l- jagħlqu l-arja tal-faċċati inkluż minn għandu l-ġalleriji u stabilimenti kummerċjali. Dan it-tgergir kien qed jissarraf b’azzjonijiet minn individwi kemm r-residenti u kemm sidien ta’ ħwienet fit- toroq prinċipali li kienu qed jitfgħu veleni fil-konki ta’ dawn is-siġar speċjalment fil-ħin ta’ ħasil tal-parapetti u l-bankini quddiem il-propjeta’ tagħhom. Għalhekk hu importanti ħafna li r- residenti u l-sidien tal-ħwienet jkunu ikkonsultati biex hekk wieħed jara li huma kuntenti fil- maġġoranza u li b’hekk ma jerġgħux jirrepetu dawn l-abbużi anzi li huma wkoll jkunu parti mis- solverjanza tagħhom. Minn dak li ħareġ mill-investigazzjoni fuq s-siġar tal-ficus li kien hemm fil-passat ħarġu l-kriterji ideali biex s-siġra li tingħażel għat-toroq prinċipali u tal-madwar jkunu: 1. Indiġeni (tal-post) 2. Robusti (li jifilgħu għall-elementi speċjalment dawk tat-tniġġiż) 3. Jħaddru s-sena kollha (Evergreen) 4. Jagħmlu għeruq li ma jiftħax ‘l barra (ma jidħlox fil-pedamenti u fil-bankini fejn jgħaddu s-servizzi) 5. Ma “jħammġux” biż-żerriegħa li jitfgħu (b’hekk nevitaw tgergir u ħsara) 6. Mhumiex goffi u ma jgħalqux l-arja (b’hekk nevitaw tgergir u ħsara) 5.3 Għalfejn t-Tħawwil tas-Siġar taċ-Ċipress? Mill-esperjenza tiegħi meta kont attiv bħala wieħed mill-fundaturi tan-Nature Trust Malta l-aktar siġra indiġena li tissodisfa l-kriterji kollha hi s-siġra taċ-Ċipress. Apparti li din is-siġra tissodisfa l-kriterji kollha msemmija fosthom li ma tagħmilx ħsara fil-pedamenti, hi kkunsidrata bħala siġra b’għamla eleganti u għalhekk dekorattiva tant li tista tiġi imżejna bid-dwal bħala siġra tradizzjonali tal-Milied. Il-friegħi ta’ din is-siġra jitfgħu ‘l fuq u għalhekk huma ideali anke f’ċerti partijiet fejn fil-bankini tat-toroq rispettivi jidjiequ. 5.4 Kordinament Intelliġenti tas-Servizzi biex s-Siġar ma Jerġgħux Jinqalgħu Idealment dawn is-siġar taċ-Ċipress għandhom jitqegħdu fil-livell tat-triq u mhux permezz ta’ konki li jagħlqu l-passaġġ tal-bankini u b’hekk is-sigra jkollha aktar fond fejn issaħħaħ l-għeruq tagħha kontra l-qawwa tar-riħ filwaqt li tkun tista titwal aktar. Għalhekk il- kordinament bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura u l-Malta Infrastructure inkluż l-Ministru responsabbli huwa vitali biex hekk meta jitħawwlu ma joqgħodx jaqlahom kull meta jridu 23 jgħaddu xi servizz. Nissugerixxi li dawn is-siġar jkunu ta’ daqs kbir u jiġu mdawwra bi protezzjoni biex nevitaw minn jgħaffiġhom jew jitfalhom l-ilma b’kimiċi waqt il-ħasil tal-bankini u l-parapetti. Il-Kunsill flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu pjan ta’ manteniment u moniteraġġ tas-sigar minn mard u abbużi biex hekk jkunu protetti. 5.5 Kostruzzjoni tal-Bankini u l-Ilqugħ ta’ Ilma f’Triq Hompesch Minħabba waqt il-kostruzzjoni ta’ Triq Hompesch ma sarux ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita wieħed għandu jieħu l-okkazzjoni li qabel il-konki tas-siġar jitpoġġew mal-ġnub, l-ewwel għandhom jsiru dawn l-ilqugħ taħt it-triq biex b’hekk tissolva l-problema ta’ l-għargħar. Il- bankina għandha tkun magħmula minn madum akbar u wieħed jevita il-problema ta’ ħafna madum żgħir li dan maż-żmien speċjalment fejn sar xogħol ta’ kostruzzjoni l-madum niżel f’diversi livelli ta’ qisien differenti bil-konsegwenza li jkun ta’ periklu. Waqt dan il-progett wieħed għandu jiġbed l-attenzjoni ta’ ċerti kumpaniji li għandhom is-servizzi jgħaddu minn din it-triq biex ċerti tappieri magħmulin tal-plastic fil-bankina fuq fit-toroq għandhom jsiru tal-metal għax dawn huma ta’ periklu meta wieħed jkun qed jirfes fuqhom fix-xita. Għanda wkoll tinħataf l-okkazzjoni biex wieħed jesplora l-possibilta’ li l-wires ta’ l-enemalta jiġu mgħoddija minn taħt l-art u b’hekk inneħħu l-wires li jkerħu t-toroq. 24 5.6 Nesploraw il-Possibilta’ ta’ Kompartamenti għall-Iskart taħt il-Livell tat-Triq. Waqt li jkunu qed isiru l-ilqugħ ta’ ilma, l-konki tas-siġar taħt il-livell u fil-ġnub ta’ Triq Hompesch wieħed għandu jesplora l-possibilta’ ta’ kompartamenti taħt il-livell tat-triq fejn permezz ta’ “kaxxa ta’ l-ittri” wieħed jkun jista jiddeposita’ l-boros ta’ l-iskart u permezz ta’ kard li tinħareġ mill-Kunsill biex jiġi kkontratt min jkun jista’ jagħmel użu ta’ dan is-servizz. Kull kompartament jieħu biss ġeneru ta’ skart wieħed (eżempju l-borza s-sewda biss) biex hekk ma l- iskart ma jitħallatx filwaqt li l-kard tinħareġ biss lir-residenti tat-triq u lill-kommunita kummerċjali tat-triq rispettiva. Għalkemm wieħed jifhem li dawn il-kompartamenti ma tistax tagħmilhom kullimkien minħabba li l-bankina tidjieq madankollu naħseb li hemm partijiet fejn il-bankina hi wiesgħa biżżejjed, f’uħud mill-kantunieri wisgħin speċjalment fejn hemm żebra cross f’wesgħat bħal dik ta’ quddiem l-HSBC u fil-pjazza prosposta. Dawn il-kompartamenti jiġu imbatla ta’ sikwit biex jkun assigurat li dejjem hemm spazju u b’hekk nevitaw id-dehra kerha ta’ l-iskart fit-triq filwaqt li jkun konvenjenti għar-residenti u l-kommunita’ kummerċjali. Wieħed jista’ jara eżempji ta’ dan fi bliet antiki u moderni madwar l-Ewropa fosthom ġewwa Firenze u Milan. Din il-proposta tgħin lil kommunita’ kummerċjali biex iżżomm it-triq nadifa u b’mod speċjali jekk ir-razzett l-antik restawrat jkun żona iffrekwentata mit-turisti u l- pubbliku. Galleriji Tradizzjonali Maltin magħmulin mill-Aluminju 25 5.7 Skema li tgħin finanzjarjament lil Familji u n-Negozji tal-Madwar biex Jbiddlu l- Aperturi għal-Stil Tradizzjonali Kontemporanju. Minkejja li l-bini ta’ ħafna djar fit-toroq tal-madwar hu “modern” wieħed jista jaddatta l- istil tradizzjonali kontemporanju biex jsiru galleriji, twieqi u bibien li jixbħu lil dawk tradizzjonali. Dan issir permezz ta’ skema voluntarja li l-MEPA toħroġ għal din iż-żona biex tgħin b’mod finanzjarju lir-residenti biex jbiddlu l-galleriji, t-twieqi u l-bibien u flokhom jsiru oħrajn magħmulin mill-alumilju tal-kulur u anke mill-injam skont ix-xewqa ta’ min jkun qed japplika. Apparti l-viżwal isbaħ taż-żona li tikkumplimenta mar-razzett u l-bini ta’ madwaru l- Gvern jkun qed jikkumpensa lir-residenti biex jagħmlu aperturi b’double glazing u b’hekk jonqos l-istorbju tat-traffiku fid-djarhom. L-ilwien u l-istil li jqarreb dak tradizzjonali tal-galleriji u l-aperturi ta’ l-aluminju kkulurit jew tal-ħadid b’disinji li jikkumplimentaw kemm mar-razzett u l-bini ġdid warajħ u b’hekk tinħoloq armonija u ambjent pjaċevoli. Skemi, laqgħat t’informazzjoni u kompetizzjonjiet ta’ l- aħjar faċċata inkluż t-tiżjin bil-pjanti għandu jinkoraġixxu aktar residenti biex jipparteċipaw. Kameras ta’ kwalita għandhom jitwaħħlu matul Triq Hompesch biex wara li jkun sar investiment bħal dan il-pulizija flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Fgura tkun tista tagħmel solverjanza aħjar biex jonqsu l-abbużi u fl-istess waqt tinżamm l-ordni. Il-Kunsill bl-għajnuna ta’ Infrastructure Malta u entitajiet oħra flimkien għandhom jfassal pjan ta’ manteniment biex kultant żmien din iż-żona ma tiġix mitluqa maż-żminijiet. 5.8 Trasport Pubbliku aħjar Minkejja t-talba tar-residenti u l-Kunsill Lokali tal-Fgura għal snin twal biex ikun hemm venda żgħira biex tleħħaq mad-domanda tar-residenti speċjalment filgħodu u wara ħin tax-xogħol din qatt ma kienet milqugħa. L-awtoritajiet responsabbli mit-trasport pubbliku insistew li l-Fgura kienet moqdija biżżejjed minħabba l-ammont ta’ rotti li jgħaddu minnha imma minkejja dawn ir- rotti fil-ħin tar-rush hour u x-xiri aktar ma jgħaddu s-snin u issa biż-żieda tal-popolazzjoni l- maġġor parti tal-linja jgħaddu mimlija. Jekk l-awtoritajiet jsibu bi tqila li jagħmlu venda fil-Fgura, li tista ssir faċilment f’Wesgħa Vjal Kottoner, almenu għandhom jikkunsidraw biex ir-rotta tal-Kalkara jew tal-Birgu tibda tgħaddi mill-Fgura. Ir-rotta tgħaddi minn Triq Ħaż-Żabbar, tibqa sejra għal Triq Ħompesh u tikser għal Vjal Kottoner fejn imbagħad tibqa sejra lejn id-direzzjoni ta’ Bieb is-Sultan sad- destinazzjoni. Permezz ta’ din ir-rotta flimkien mar-rotta eżistenti ta’ l-Isla li tgħaddi mill-Fgura se jgħin kemm lir-residenti kif wkoll l-komunita’ kummerċjali tal-Fgura. Fil-kaz li r-razzett jintuza għal skop t’agri turiżmu din iż-żieda fir-rotta bejn il-Fgura u l-Kottonera se tgħin biex il- post jiġi milħuq aħjar mit-turist u l-pubbliku li jixtieq jiffrekwenta din iż-żona u biex minn hawn jibqa sejjer il-Kottonera jew viċi versa. 26 KONKLUŻJONI Żvilupp Sostennibli hu Żvilupp Intelliġenti: Jsolvi u ma Joħloqx Problemi Ġodda Dawn il-proposti jagħmlu bilanċ bejn ambjent storiku u żvilupp u għalhekk jagħmlu ġustizzja kemm mas-sid ta’ l-art filwaqt li jirrispetta r-residenti u r-razzett storiku li jagħti identita’ ta’ l-origini tal-Fgura. L-iżvilupp sostennibli hija t-triq intelliġenti li għadna naddottaw għax apparti li tipproteġi l-ambjent u l-komunita’ huwa intiż li jsolvi l-problemi attwali filwaqt li ma jinħolqux oħrajn fil-futur. Il-Kummerċjalizzazzjoni u l-Fondi ta’ Unjoni Ewropea jgħinu dan il-Proposti jsiru Realta’ Nifhem li l-Gvern jkollu diversi talbiet simili u li budget tal-pajjiż għandu l- limitazzjonjiet tiegħu imma permezz ta’ dawn il-proposti l-Gvern se jnaqqas l-ispiza u fl-istess waqt jkun qed jindirizza diversi problemi tal-lokalita. Għal Gvern din mhux sempliċiment spiża fuq ix-xiri ta’ l-art u r-restawr tar-razzett, imma li tinbidel f’opportunita’ li jagħmel proġett għal ġid tal-Fgurin u l-patrimonju kulturali permezz ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea bil-kollaborazzjoni tal-privat. Din hi opportunita’ għal Gvern biex filwaqt li jdaħħal il-flus bil-kummerċjalizzazzjoni tar-Razzett l-Antik u tal-Pjazza fl-istess nifs jtaffi parti mill-problemi ta’ parking, ta’ ilqugħ ta’ ilma tax-xita u nuqqas ta’ spażji ħodor fil-Fgura. Riformi Kożmetiċi huma riflessi fil-kwalita’ fqira tar-Rapporti u r-Rakkomandazzjonijiet tad-Direttorat Għalkemm il-partiti politiċi ewlenin jitkellmu fuq ambjent sostenibbli u kemm dan huwa importanti u minkejja r-riformi li fl-opinjoni tiegħi huma kożmetiċi, jidher biċ-ċar li meta niġu għall-implimentazzjoni m’hemmx verament rieda politika. Dan joħroġ biċ-ċar fir-rapport (Property Description) flimkien mar-rakkomandazzjoniet dilettanteski tad-Direttorat ta’ l- Awtorita’ ta’ l-Ippjanar fuq r-razzett l-antik, simbolu uniku ta’ l-oriġini tal-Fgura li fl-opinjoni tiegħi huma intenzjonati biex jnaqqsu l-importanza tar-razzett. Pressjoni Ċara fuq il-MEPA għat-Tneħħija ta’ l-Iskedar tar-Razzett “Hawnhekk m’għandkom xejn” hekk stqar magħhom il-perit tal-MEPA mal-Kunsill Lokali tal-Fgura waqt l-ispezzjoni fir-razzett. Għal perit tal-MEPA hemm ftit karatteristiċi vernakulari fir-razzett u li l-bini innifsu huwa fi stat vegetali fost rimarki dilettanteski u għalhekk minkejja li din il-binja hi l-aktar struttura antika fiż-żona waslu f’konklużjoni li ma jikkwalifikax għall-iskedar. Meta staqsejt lil storiku fuq dan in-nuqqas fil-pront wiġibni li għall-periti tal- MEPA li jkollok razzett antik li hu parti mill-patrimonju storiku kulturali, li jmur lura mal-200 sena u li hu fost l-ixejħ u l-aħħar binjiet fil-lokalita’ mhuwiex biżżejjed biex tikwalifika għall- iskedar. 27 Ipprattikaw u Implimentaw dak li tippriedkaw! Ironikament l-istess Awtorita’ ssostni li “Our cultural heritage consists of the places and objects we have inherited from past generations that we want to keep and pass to future generations.” Madankollu meta l-MEPA tiġi biex għad-definizzjoni ta’ Grad 3 (Il-grad li kienet tat u li neħħietlu) il-wirt kulturali mhuwiex imsemmi. Għalija dan hu każ fejn ngħidu u nippriedkaw ħafna imma meta niġu biex nipplimentaw nagħmlu mod ieħor. Proposti għal Riforma Serja u mill-Qiegħ Jien ta’ parir li jekk il-MEPA verament trid tfisser dak li tippriedka għanda tirrevedi d- definizzjoniet ta’ l-iskedar billi fid-defenizzjoni ta’ l-iskedar isemmi il-wirt kulturali biex hekk jingħata attenzjoni meritata. Dan għandu jiġi rifless fil-proċess ta’ l-iskedar billi: 1. Jiddaħħal il-wirt kulturali fid-definizzjoni ta’ l-Iskedar 2. L-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bis-saħħa ta’ storiċi kkwalifikati u ta’ ntegrita’ jagħmlu rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom biex hekk jkun issir ġustizzja bil-fatti mal-patrimonju kulturali. 3. It-Tribunal jew Qorti awtonomu magħmul minn magistrat/i jew ġudikant/i ta’ integrita’ u li jkunu imħarrġin fuq dawn il-kwistjonijiet fejn jisma l-partijiet kollha u waħdu jasal għal deċiżjoni u li ovvjament bħal kull tribunal tista tkun tista tiġi appellata. 4. Jitwaqqaf bord ta’ esperti maħtura mill-istess Qorti jew tribunal fejn dawn jissolverjaw u jevalwaw r-rapporti u r-rakkomandazzjoni tad-Direttorati tal-MEPA u tal-ERA biex hekk naċċertaw ruħna li dawn huma ta’ livell u ġusti. L-Individwi Appuntati m’għandux jkollhom rabtiet mal-Partiti Politiċi jew Kunflitti ta’ Interess Id-deċiżjoni tat-Tribunal imsejsa fuq rapporti u r-rakkomandazzjonijiet dilletanteski tad- Direttorat juru biċ-ċar li hemm pressjoni biex jinqerdu l-binjiet antiki bħal dan ir-razzett. Għalhekk din il-formola mhux qegħda tkun ġusta b’mod speċjali lejn il-wirt kulturali aktar u aktar meta uħud mill-individwi appuntati għandhom rabta ma’ partiti politiċi u anke kummerċjali. Sfortunatament l-ispekulaturi mhumiex interessati li jaddattaw u jibnu b’rispett għall- ambjent storiku-kulturali imma li jimlew flushom kemm jifilħu bl-inqas spejjes possibli. Għalhekk il-Gvern għandu joħloq qorti jew tribunal speċjalizzat fuq l-iżvilupp b’ġudikanti u maġistrati ta’ integrita’ mħarġa fuq dan is-suġġett u li fuq kollox huma imħallsin tajjeb biex nevitaw li ma jaqgħux għal pressjoni. Dan it-tribunal ta’ l-iżvilupp u l-ippjanar għandu jisma’ l- partijiet kollha inkluż ta’ l-applikant, tad-direttorat tal-MEPA u ta’ l-ERA flimkien dak ta’ min qed jopponi li jinkludu organizzazzjonijiet bħal Kunsilli Lokali u NGOs. 28 Il-Policies tal-MEPA għandhom jiġu aggornati minn Esperti ta’ Integrita’ mingħajr indħil Politiku Jien tal-fehma li meta l-awtoritajiet jiġu biex jfasslu l-liġijiet u l-istrutturi li jikkontrollaw l-iżvilupp dawn huma mimlija loopholes intenzjonati biex ċerti individwi appuntati f’dawn l- istituzzjonijiet, (li xi wħud għandhom interessi kummerċjali u politiċi) jkunu jistgħu jduru magħhom bħala għodda biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-MEPA. Xhieda ta’ dan huwa l- espanzjoni aggressiva tal-bini li qered u li għadu jgħeded l-karatteristiċi tradizzjonali tal-gzejjer Maltin b’dettriment għall-patrimonju kulturali u storiku. Il-Qerda tal-Patrimonju Storiku Kulturali jnaqqas t-Turisti li jergħu jiġu jżuruna. Minn stħarriġ ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu fl-2017 ħareġ li 42.9% tat-turisti għażlu lil pajjiżna għall-kultura u l-patrimonju bħala r-raġuni ewlenija. Għalhekk hemm bżonn ta’ riforma serja fil-MEPA mingħajr indħil politiku-kummerċjali għaliex dan hu ta’ thedida għall-industrija tat-turizmu li minnhu pajjiżna jikkotribwixxi 2.2 Biljuni (2019) fl-ekonomija ta’ pajjiżna u jgħaddem l-eluf! 29 REFERENZI & BIBLOGRAFIJA Bank Ċentrali ta’ Malta. (2018) April. The Evolution of Malta’s Tourism Product Over Recent Years. Busuttil A. (2020) 13 Mejju. E-mail lil Dr. R. Abela P.M. Insalvaw bil-fatti l-aħħar wirt storiku tal-Fgura. Gouder J. (2015) 4 Ottubru. Niċċa oħra fil-Fgura. Facebook. Disponibbli fuq: https://www.facebook.com/joseph.gouder.5 Access: 23 Mejju 2020 Gouder J. (2016) 24 Frar. Ir-Remissa ta’ Karmnu l-Moru. Facebook. Disponibbli fuq: https://www.facebook.com/joseph.gouder.5 Access: 23 Mejju 2020 Gouder J. (2017) 8 Frar. Ix-Xeltrijiet fil-Fgura. Facebook. Disponibbli fuq: https://www.facebook.com/joseph.gouder.5 Access: 23 Mejju 2020 Kunsill Lokali Fgura. (2019) 15 Mejju. Minuti Laqgħa Nru. 91/2019 Kunsill Lokali Fgura. L-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. (2020) 3 Frar. Rapport fuq l-Appell tal-Kunsill Lokali Fgura biex tibdel id-Deċizjoni Oriġinali. L-Awtorita’ tat-Turiżmu. (2017) MTA’s Market Profile Survey 2017 L-Awtorita’ tat-Turiżmu. (2019) Tourism in Malta Facts & Figures 2019 Landscape Properties Ltd. u Buttiġieg T. vs. L-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. (2019) 7 Frar. Appell 383/16 MS. GF 727/98 Lombardo M. (2020) 28 April. Għada, it-Tieni Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Facebook. Available at: https://www.facebook.com/marklombardo.fg Access: 22 Mejju 2020 Micallef K. (2019) 5 Marzu. Last ditch attempt to save ‘historic’ farmhouse. Times of Malta. Muscat, P. 1977. Il-Fgura ‘l-Bieraħ u llum. Malta: Union Press. Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika. (2017) NSO Inbound Tourism 2017 30
Enter the password to open this PDF file:
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-